merħba għal-librerija fil-lokal tiegħek

Kif issir membru tal-librerija

Il-Librerija Reġjonali ta’ Yarra Plenty topera servizzi ta’ librerija għas-Cityta’ Banyule, is-City ta’ Whittlesea u x-Shire ta’ Nillumbik. Tista’ tissellef u tirritorna lura oġġetti f’kwalunkwe waħda minn dawn il-libreriji.

Huwa faċli biex issir membru tal-librerija – tista’ tagħmel hekk online jew f’kwalunkwe fergħa tal-libreriji tagħna. Kull m’għandek tagħmel huwa li turina prova ta’ ismek u l-indirizz. Jekk għandek taħt 18-il sena jkollna bżonn il-firma ta’ xi ħadd mill-ġenituri tiegħek jew min jieħu ħsiebek.

Membri ta’ l-istaff dħulin u li jgħinuk

Il-membri ta’ l-istaff dħulin tagħna u li jgħinuk qegħdin hawn biex jgħinuk. Nistgħu ngħinuk biex issib informazzjoni jew ktieb tajjeb x’taqra. Nistgħu nuruk kif tuża l-internet u kif tuża l-katalogu tagħna.

Programmi u attivitajiet

Il-libreriji tagħna jagħmlu ħafna programmi u attivitajiet – ingħaqad biex ikollok aċċess għall-inewsletter tagħna online jew iċċekkjal-websajt tagħna għal dak li jkun qed jiġri. Avvenimenti regulari jinkludu Bookaroo, qari ta’ stejjer għal tfal li jkunu għadhom ma jmorrux l-iskola,attivitajiet għal waqt il-vaganzi ta’ l-iskola, għajnuna fil- homework, klassijiet ta’ l-internet u taħdidiet dwar kotba.

Kard tal-librerija

Il-kard tiegħek tal-librerija tippermettilek li tissellef sa 30 oġġett għal 3 ġimgħat. Tista’ ġġedded l-affarijiet li tkun issellift (darbtejn u jekk ma jkunux intalbu minn klijent ieħor) fuq it-telefon jew online 24 siegħa kuljum, jew f’kwalunkwe fergħa. Jekk il-kard tiegħek tintilef jew tinsteraq għandek tavżana malajr kemm jista’ jkun. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tibdel ismek, l-indirizz, l-email jew in-numru tat-telefon tiegħek biex inkunu nistgħu nikkuntattjawk jekk ikollna bżonn.

Kompjuters

Il-kompjuters jistgħu jintużaw b’xejn fil-fergħat tagħna kollha ufil-libreriji mobbli biex issib informazzjoni, biex ikollok aċċess bl-emailjew għal word processing. M’hemmx bżonn biex tibbukkja imma jrid ikollok il-kard tal-librerijabiex tilloggja.

Print